Ir-Raba’ Waqfa: Ġesù megħjun minn Xmun iċ-Ċirinew jerfa’ s-salib

Il-wajer jorbot idejja u saqajja,
iċ-ċint ibaxxi l-kuraġġ tiegħi,
ħadid kiesaħ jagħlaq in-nifs,
u d-dlam jitkellem fis-skiet tiegħi.

Ngħix maqbud f’linji ta’ biza’,
f’fruntieri miġbuda qrib wisq,
il-ġisem jitgħallem joqgħod,
u l-qalb titgħallem tgħix fis-skiet.

Imma Alla jara lil hinn minn kollox,
mill-ħitan li bniedem jibni,
Hu jerfa’ s-salib li ma niflaħx,
u jifhem il-piż li ma jingħadx minni.

Fejn it-tama timxi bil-mod,
anke fuq triq miksura u vojta,
ebda ċint ma jżomm lil min hu ħieles,
u l-grazzja tgħaddi fejn il-biża’ jieqaf.