
Din il-waqfa għalija hi dwar l-imħabba tal-omm. Tiġbor mument fejn napprezza l-imħabba li wrietni ommi, imħabba bla kundizzjoni, imħabba kbira li ma nihmuhiex.
Il-qalb tal-omm taħfer, tbati u tħobb. Marija mxiet wara binha sal-mewt, bi stallett kbir go qalbha. Omm il-persuna fil-ħabs ingħaqdet ma’ binha fit-tbatija, imxiet bħal Marija warajh, b’għafsa ta’ qalb imma b’kuraġġ.
Bħalma Marija ħarset lil binha, hekk ommi dejjem kienet hemm għalija, taqbadni minn idejja u tmexxini. Min jaf kemm-il darba ħafritli, batiet u talbet fis-skiet għalija. Hawnhekk qed naraw mument ta’ sapport, preżenza, u l-għaqda bejn omm u bint. Id f’id, qalb ma’ qalb.
Grazzi Ma.



