L-Għaxar Waqfa: Ġesù jmut fuq is-salib

F’din il-waqfa għazilt li ma nurix lil Kristu msallab, imma li niffoka fuq id-dikjarazzjoni li jag”mel l-ewwel qaddis kanonizzat minn Kristu stess, imsallab “dejh fuq is-salib: “Ġesù, ftakar fija meta tidħol fis-saltna tiegħek” (Lq 23:42). Dan is-suġġett jirrispondi direttament għat-test miktub mill-persuna li kienet qed tiskonta sentenza l-ħabs, li qalet: “…wara jkun inutli tiddispjaċik, u tibki li żbaljajt”.

L-akbar att ta’ fidi fuq il-Golgota jasal proprju mill-kliem ta’ persuna ikkundannata, li f’Ġesù ma rax prigunier imdendel ma’ għuda, imma rebbieħ fuq il-mewt, li fi ftit mumenti kien se jidħol fis-saltna tiegħu. Permezz ta’ dak l-att ta’ fidi, minkejja l-kastig ġust li kien qed jiskonta, dan l-ikkundannat rebaħ il-mewt ma’ Kristu u kien minn tal-ewwel li daħal il-ġenna

Hi tassew tal-għaġeb li, fost dawk in-nies li lil Kristu kienu jafuh, kienu miegħu meta għamel il-mirakli u semgħuh jgħallem, dak li ħabbar is-saltna t’Alla fuq il-Golgota kellu jkun proprju kriminal f’xifer il-mewt. Permezz ta’ din l-arti, nixtieq nesprimi ħsieb dwar
l-infinità tal-ħniena għal min idur lejn Kristu u bil-ħerqa jitolbu: “ftakar fija”.

Ftakar Fija - Matthias Ebejer, Kristu fil-Habs