
Din il-waqfa turi mument ta’ vulnerabbiltà: Ġesù neżżgħuh minn ħwejġu, u f’dan ilmument, serqulu d-dinjità tiegħu. U Ġesù “afer. Dan l-istazzjon jġegħelna naħsbu ftit u nifhmu s-sinifikat ta’ din il-ġrajja, u nsaqsu lilna nfusna jekk aħniex naraw ’il Ġesù f’ħaddieħor, speċjalment nies f’sitwazzjonijiet diffiċċli.
Niftakru f’meta Papa Ġwanni Pawlu II ra lil Ġesù fil-priġunier Ali Ağca, f’mument kbir ta’ maħfra. Il-Papa ħafer saħansitra lil min prova joqtlu.
Hawnhekk, Ġesù qiegħed bilqiegħda fuq is-siġġu tal-istess priġunier, bi ħwejġu mxerrdin madwaru bħat-tixrid tad-demm. Ħa post min hu mwarrab u muġugħ, u qiegħed iħares dritt f’għajnejna, bħala stedina diretta biex nirriflettu fuq kemm aħna lesti nagħrfuh f’ħutna stess.
Lesti naraw lil Ġesù f’min għamlilna l-ħsara?



