F’dan ir-Randan qed nistiednu liż-żgħażagħ u adolexxenti jingħaqdu għal siegħa adorazzjoni quddiem is-Sagrament u r-Redentur tal-Isla. Flimkien mal-Arċisqof Charles J. Scicluna, nixtiequ li din tkun siegħa ta’ talb fejn aħna nikkontemplaw il-misteru ta’ Alla fid-dawl tal-Passjoni ta’ Ġesù. Din l-adorazzjoni ser issir fil-Bażilika ta’ Maria Bambina l-Isla, u ser tkun animata mill-band Footprints.
Din l-adorazzjoni qed issir b’kollaborazzjoni mal-Parroċċa tal-Isla.