Zghazagh ta Tama, seminars. Katekezi bi thejjija ghal Gublew

Il-Ġublew beda, u l-bibien infetħu!


Iżda faċilment tgħaddi din is-sena u ma nsibux ftit ħin u nirefflettu fuq din il-ġrajja li sseħħ kull 25 sena.  Il-Ġublew huwa opportunità, għalik u għalija li nesperjenzaw l-imħabba u l-ħniena infita ta’ Alla.


Il-Ġublew – Pelligrini ta’ Tama, mhix biss esperjenza għal min jista’ jattendi xi avveniment f’Ruma, imma hija esperjenza li hija miftuħa għal kullħad, inkluż għalik.

Flimkien nixtiequ ngħixu vjaġġ żgħir sabiex dan il-Ġublew ngħarfu x’jista’ jfisser għalina. B’żewġ katekeżijiet u rtir ta’ nofs ta’ nhar, ser nesploraw kif dan il-Ġublew, jista’ jfisser Tama, imħabba u ħniena għalik ukoll, u kif Alla jixtieqek li twassal din it-tama li inti irċevejt lil oħrajn.

Aħna Pellegrini

l-Ġimgħa 28 ta’ Frar | 7PM

Knisja ta’ Santa Barbara Kappuċċini, Kalkara

Fr Matthew pulis

Il-pellegrin iterraq minn post għall-ieħor sakemm jasal fid-destinazzjoni tiegħu. Il-Papa qed jistedinna nkunu pellegrini ta tama. Xi jfisser dan? U f’liema toroq ser jeħodna?

Lejn il-Ġublew

Is-Sibt 5 ta’ April | 9AM | Is-Seminarju, ir-Rabat

Fr Jethro Bajada & Br Ryan Dalli

Ħafna drabi, fil-ġenn tal-ħajja, ninsew dak li jiċċentrana u nħallu s-sitwazzjonijiet jgħejjuna. Matul dan l-irtir ta’ nofs ta’ nhar, ser nieqfu biex flimkien nesploraw il-ħniena li Ġesu’ jixtieq joffrilna. Il-Ġublew hu mument biex ngħixu niċċelebraw il-ħniena ta’ Alla. Se niskopru wkoll kif nistgħu nippreparaw għall-pellegrinaġġ personali tagħna kemm matul ir-Randan kif ukoll f’Ruma.

It-Tama Tagħna

l-Ġimgħa 24 ta’ Jannar | 7PM | Knisja tal-Ibraġ

Fr Jean-Claude Schembri

Hemm ħafna affarijiet li jokkupaw ħsibijietna, spiss ninħlew newdnu, u ninkwetaw dwar sitwazzjonijiet li ngħixu. Iżda fil-fond tal-qalb tagħna nafu li teżisti t-tama. Flimkien, waqt din il-katekeżi ser nesploraw, mhux x’inhi it-tama, imma min hu!