Maħsuba biex tkun ta’ gwida għall-pellegrini fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ tal-2023, biss tista’ tiġi wkoll tintuża fiż-żmien tar-Randan.

 

Hemm diversi modi t’espressjoni tul il-vjaġġ tas-salib. Dan il-ktejjeb hu sempliċiment gwida għalik biex timxi dan il-vjaġġ mhux biss b’mod estern, imma wkoll b’mod interjuri.

Għaldaqstant, l-istedina tagħna hija biex għal kull stazzjon:

  • nisimgħu l-Kelma t’Alla;
  • nirriflettu fuq dawn ir-rakkonti li ġraw verament;
  • nagħrfu li ħafna minn ħutna għadhom iġarrbu ħafna tbatija innoċentament;
  • nagħrfu li aħna parti integri minn dan il-vjaġġ ta’ Ġesù;
  • nitolbu lil Marija takkumpanjana.