Ċentru taż-Żgħażagħ ta’ Warda

Ages: 13–16 
 
Meetings

Days: Wednesday

Frequency: Weekly

Schedule:

Wednesday - 7pm-8.30pm

 

Contact Details

Email: [email protected]

Description

L-iskop taċ-Ċentru hu li jagħti formazzjoni ħolistika kemm jista’ jkun liż-żgħażagħ li jattendu ċ-Ċentru, b’emfasi speċjali fuq l-ispiritwalita’ u r-reliġjon kattolika. Iċ-Ċentru jorganizza regolarment laqgħat u attivitajiet reliġjużi. Jorganizza wkoll attivitajiet kulturali, sportivi u soċjali minn żmien għal żmien.L-attendenza tiegħek fiċ-Ċentru tgħinek ukoll fil-mixja akkademika tiegħek. Iċ-Ċentru ta’ Warda jilqa’ ukoll studenti li jkunu qed isegwu il-kors ta’ studju taghhom fil-livell post sekondarju. Magħna huma jkollhom l-opportunita’ li jagħmlu il-proġett tas- systems of knowledge.F’dawn l-aħħar snin, li wieħed jattendi ċentru ta’ formazzjoni qed jitqies bħala għajnuna għall-persuna, anke biex ‘il quddiem tkompli tavvanza fl-studju tagħha u anke fil-karriera.Ħafna eks membri taċ-Ċentru jitolbuna ittra ta’ referenza meta japplikaw għal xi xogħol partikulari. Ittri ta’ referenza jsiru kemm-il darba. Pero’ dawk li nkun nafuhom sew għax ikunu attendew iċ-Ċentru, ikollhom ittra ta’ referenza speċjali.Dawk li jkunu għalqu 18-il sena, ikollhom opportunita’ li jagħmlu esperjenza ta’ volontarjat anke barra minn xtutna.