
Meta qrajt is-silta tal-persuna fil-ħabs, laqatni l-mod kif esprima li s-salib huwa l-pont tagħna l-bnedmin li jerga’ jgħaqqadna ma’ Alla. Is-salib, xi ħaga mistkerrha, mimli tbatija, isir il-milja tal-imħabba ta’ Alla lejna, post fejn id-dlam jinbidel f’dawl. F’ħajjitna, Alla, irrapprezentat mit-trijanglu, isejħilna biex inkunu mħaddna miegħu u jibagħtilna lil Ibnu, irrapprezentat mis-salib tan-nofs, bħala mezz biex jgħaqqadna miegħu.
Alla jibagħtilna lil Ġesù biex jerfa’ magħna dak li ma nistgħux inġorru waħedna. Iż-żewg slaleb fuq il-lemin u x-xellug jibqgħu vojta apposta: stedina biex inpoġġu lilna nfusna fihom, biex nagħrfu li aħna wkoll parti mill-pjan ta’ Alla u msejħin biex ningħaqdu miegħu.
Din l-arti tistiednek tieqaf u taħseb fuq l-imħabba perfetta ta’ Alla. Irrispettivament jekk intix fuq ix-xellug jew fuq il-lemin tas-salib ta’ Kristu, jekk intix il-ħalliel it-tajjeb jew il-ħazin, Alla jixtieq iħaddnek miegħu. Bħala midinbin, dan joffrilna tama kbira. Forsi dan il-persuna fil-ħabs għadda minn zmien fejn kien fuq ix-xellug tas-salib, izda l-Mulej xorta riedu mħaddan miegħu, qatt ma qata’ qalbu minnu. Hekk ukoll aħna: fejn qegħdin jew fejn konna, Alla jibqa’ magħna, jistenna u jsejħilna lura lejn id-dawl tiegħu.



