Imħasseb

Riflessjoni għall-Ġimgħa Mqaddsa

Jekk qatt ħassejt iż-żiffa friska qalb il-muntanji fin-Nofsinhar tal-Polonja, hemm mnejn iltqajt ma’ din l-immaġni mnaqqxa fuq il-bibien tipiċi tal-madwar. Wiċċ Kristu mħasseb, imserraħ fuq idu, f’mument sieket fil-ġrajja mqanqla tal-Passjoni. Mument ċkejken qabel dik l-istess id iltaqgħet mal-iskald aħrax t’għuda li xejn ma tixbah is-slaleb xkatlati bi truf imdiehba tal-vari madwarna.

Similaritajiet ta’ dan l-immaġni jinsabu wkoll il-Ġermanja u l-Litwanja, fost l-oħrajn.

Xi jħalli fik il-wiċċ imħasseb ta’ dak li s-soltu nħares lejh setgħan u sovran? Ngħid għalija, l-ewwel sentiment iqanqal fija togħma morra li taħsad il-mod ta’ kif kultant inħares lejn il-fidi. Naf li l-fidi mhijiex maġija li fiha nsib konfort immedjat, imma l-immaġni t’Alla mħasseb xorta tistona ma’ ħsibijieti. Nippreferih miexi fuq il-baħar, ifejjaq l-impossibbli u jsikket il-maltemp. Nippreferih mhux imħasseb. Jekk xejn, il-muskulatura erojka mirquma tal-iskultura tal-Ħassieb ta’ Rodin, hi ferm iktar attraenti.


Hu maħsub li din l-immaġni, qabel il-figura ta’ Kristu, kienet tirrappreżenta ‘l Ġob: raġel “perfett u tajjeb” (Ġob 1:1), tal-familja, ta’ fidi, u b’sitwazzjoni finanzjarja komda. Nistħajjel li bħali, xewqtek tħabbrek għal dan l-għajxien. Iżda żgur li ma tħabbrekx għall-kumplament tan-narrattiva kkaratterizzata minn: fallimenti f’ħidmietu, imwiet ta’ familjari, mard, solitudni, u dwejjaq. F’sommarju ta’ ftit kliem, f’Ġob nilmħu diżappunt. Għalkemm xewqti ma tħabbrekx għal din l-iżvolta, nagħraf li, xi ftit jew wisq, doqt ftit mill-imrar ta’ Ġob f’ħajti. Bħalu staqsejt “għaliex?” u ddiżappuntajt ruħi f’Alla li fih tant ittamajt u qdejt. Tħassibt. Kont nixtieq verżjoni ta’ ħajja aħjar jew imqar rimedji iktar effiċjenti. Kont nippreferi immaġni t’alla inqas fraġli. Imma ma setax kelli immaġni t’imħabba aħjar minn dak t’Alla ħosbien! Vulnerabbli fil-ġisem. Vulnerabbli fil-ħsieb. Bħali. Miegħi.


Bħalma l-maltemp jikxef l-abiltajiet tal-baħri, Alla ma jiddistikkax ruħu mill-immaġni tiegħu ħosbien, u b’hekk jikxef imħabbtu. Ma kienx ikun veru bniedem li kieku qatt ma ġarrab il-ġlidiet tal-moħħ li magħhom aħna nissieltu ta’ kuljum. Is-saħħa mentali mhuwiex suġġett aljen għal Kristu, għax bħali u bħalek issielet miegħu sa għereq l-għaraq tad-demm. Għall-kuntrarju tiegħi, ma jagħżilx li jaħrab mal-ewwel buffuri ta’ sofferenza.


Fit-tħassib uman, mexa pass eqreb biex jifhem dak li, ħaddieħor jew saħansitra inti stess, ma tistax tifhem fik innifsek. Fit-tħassib tiegħu seta’ jilmaħ u jifhem it-tħassib tiegħek. U għax int ukoll parti minn din-narrattiva, fit-tħassib jagħraf opportunità ta’ mħabba. Imħabba li mhux dejjem hemm raġuni valida għaliha, jew li mhux dejjem tkun reċiprokata. Għax dejjem hemm mnejn l-iben il-ħali jiddawwar biex jiġi. Jekk jiġi! L-istennija ta’ Kristu mnaqqxa f’wiċċ ħosbien imserrħa f’idejh, ma tistrihx qabel tarak mill-ġdid.


Ħnientu, friska iktar miż-żiffa tal-muntanji, titħasseb għalik.


(0) comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Latest
  • Imħasseb

    Riflessjoni għall-Ġimgħa Mqaddsa Jekk qatt ħassejt iż-żiffa friska qalb il-muntanji fin-Nofsinhar tal-Polonja,[..]

  • ERBGĦIN

    ‘ERBGĦIN’ is a Lenten reflective resource produced by MCYN in collaboration with[..]

  • RISE: WYD Year ’23

    Whilst World Youth Day (WYD) is a worldwide encounter with the Pope[..]

  • This Christmas, Make Room

    I can only imagine the attentiveness of parents just before the woman[..]

  • Advent resources for young people

    We have recently collaborated with ‘Lifelong Catechesis’ to come up with a[..]

Instagram
Yesterday was special 😊 not only because our work was awarded Best Direction, but because it was a privilege to witness Christian content being streamed at the Malta Youth Film Festival 📽️
We thank and honour God, our inspiration, motivator, and our ultimate aim of work 🙌
Heartfelt thanks also go to the Digital Presence Office for believing in our projects through hard work and for their unrelenting willingness to collaborate with us 🙏
Thank you Agenzija Żgħażagħ for providing young people with the space to showcase their talents 👏
Yesterday was special 😊 not only because our work was awarded Best Direction, but because it was a privilege to witness Christian content being streamed at the Malta Youth Film Festival 📽️
We thank and honour God, our inspiration, motivator, and our ultimate aim of work 🙌
Heartfelt thanks also go to the Digital Presence Office for believing in our projects through hard work and for their unrelenting willingness to collaborate with us 🙏
Thank you Agenzija Żgħażagħ for providing young people with the space to showcase their talents 👏
Yesterday was special 😊 not only because our work was awarded Best Direction, but because it was a privilege to witness Christian content being streamed at the Malta Youth Film Festival 📽️ We thank and honour God, our inspiration, motivator, and our ultimate aim of work 🙌 Heartfelt thanks also go to the Digital Presence Office for believing in our projects through hard work and for their unrelenting willingness to collaborate with us 🙏 Thank you Agenzija Żgħażagħ for providing young people with the space to showcase their talents 👏
4 days ago
View on Instagram |
1/9
Spunt ċkejken minn diskursata fuq in-negozju fuq @103btw 

Jieħdu sehem ukoll waħda mill-fundaturi ta’ Carisma Collections, il-Kap Eżekuttiv ta’ Junior Achievement, u Jacob.

Segwu t-taħdita hawn 👇
https://fb.watch/kIk0qjH-Kw/

Kollaborazzjoni ma' @agenzija.zghazagh fuq @103maltasheart
Spunt ċkejken minn diskursata fuq in-negozju fuq @103btw Jieħdu sehem ukoll waħda mill-fundaturi ta’ Carisma Collections, il-Kap Eżekuttiv ta’ Junior Achievement, u Jacob. Segwu t-taħdita hawn 👇 https://fb.watch/kIk0qjH-Kw/ Kollaborazzjoni ma' @agenzija.zghazagh fuq @103maltasheart
6 days ago
View on Instagram |
2/9
Lingwa li biha l-bniedem ma jibqax waħdu. Lingwa li fiha nagħrfu li... Jien u int, il-preżent ta’ Alla.

Link in bio for the full video.

#pentecost #feastofpentecost #holyspirit #pentecostsunday #faith #youthministry #christiangram
Lingwa li biha l-bniedem ma jibqax waħdu. Lingwa li fiha nagħrfu li... Jien u int, il-preżent ta’ Alla. Link in bio for the full video. #pentecost #feastofpentecost #holyspirit #pentecostsunday #faith #youthministry #christiangram
6 days ago
View on Instagram |
3/9
Kultant sew li l-bniedem jibqa' waħdu? 

Link in bio for the full video.

#pentecost #feastofpentecost #holyspirit #pentecostsunday #faith #christiangram
Kultant sew li l-bniedem jibqa' waħdu? Link in bio for the full video. #pentecost #feastofpentecost #holyspirit #pentecostsunday #faith #christiangram
6 days ago
View on Instagram |
4/9
PENTEKOSTE Video Pt. 1. To view the full video, click the link in bio. #pentecost #holyspirit #youthministry #faith
PENTEKOSTE Video Pt. 1. To view the full video, click the link in bio. #pentecost #holyspirit #youthministry #faith
7 days ago
View on Instagram |
5/9
Bi pjaċir inħabbru l-kollaborazzjoni ma' @sdsmalta għal 𝘱𝘳𝘢𝘺𝘦𝘳 𝘴𝘱𝘢𝘤𝘦 għall-festa ta' 𝐏𝐞𝐧𝐭𝐞𝐤𝐨𝐬𝐭𝐞 🙌

Inħeġġukom tagħmlu użu minnha 👇
https://mcyn.org/pentecostprayerspace/
Bi pjaċir inħabbru l-kollaborazzjoni ma' @sdsmalta għal 𝘱𝘳𝘢𝘺𝘦𝘳 𝘴𝘱𝘢𝘤𝘦 għall-festa ta' 𝐏𝐞𝐧𝐭𝐞𝐤𝐨𝐬𝐭𝐞 🙌 Inħeġġukom tagħmlu użu minnha 👇 https://mcyn.org/pentecostprayerspace/
2 weeks ago
View on Instagram |
6/9
Fl-isfond ta' diskursata dwar il-Eurovision, Ryan jaqsam magħna l-vjaġġ spiritwali tiegħu li beda hu u jsegwi l-festival t'10 snin ilu.

Segwi t-taħdita ta' @103btw kollha hawn 👇
https://fb.watch/ksD3BGV_Cq/
Fl-isfond ta' diskursata dwar il-Eurovision, Ryan jaqsam magħna l-vjaġġ spiritwali tiegħu li beda hu u jsegwi l-festival t'10 snin ilu. Segwi t-taħdita ta' @103btw kollha hawn 👇 https://fb.watch/ksD3BGV_Cq/
3 weeks ago
View on Instagram |
7/9
Fuq @103btw ta' din il-ġimgħa nitħadtu fuq l-ispiritwalità bħala għodda f'mumenti ta' deċiżjonijiet.

Segwu d-diskussjoni kollha hawn👇
https://fb.watch/kkwTFe41hc/

@103maltasheart
@agenzija.zghazagh
Fuq @103btw ta' din il-ġimgħa nitħadtu fuq l-ispiritwalità bħala għodda f'mumenti ta' deċiżjonijiet.

Segwu d-diskussjoni kollha hawn👇
https://fb.watch/kkwTFe41hc/

@103maltasheart
@agenzija.zghazagh
Fuq @103btw ta' din il-ġimgħa nitħadtu fuq l-ispiritwalità bħala għodda f'mumenti ta' deċiżjonijiet. Segwu d-diskussjoni kollha hawn👇 https://fb.watch/kkwTFe41hc/ @103maltasheart @agenzija.zghazagh
3 weeks ago
View on Instagram |
8/9
Fuq @103btw ta' din il-ġimgħa niddiskutu l-mod kif qed inħarsu lejn il-karrieri. Fost l-oħrajn niltaqgħu ma' wieħed mill-fundaturi ta' @mathematicsandbeyond u mal-kap tal-Istudent Advisory Services, @ummalta 

@103maltasheart @agenzija.zghazagh 

Segwi t-taħdita sħiħa hawn 👇 https://www.facebook.com/watch/live/?ref=watch_permalink&v=1270696323831915
Fuq @103btw ta' din il-ġimgħa niddiskutu l-mod kif qed inħarsu lejn il-karrieri. Fost l-oħrajn niltaqgħu ma' wieħed mill-fundaturi ta' @mathematicsandbeyond u mal-kap tal-Istudent Advisory Services, @ummalta 

@103maltasheart @agenzija.zghazagh 

Segwi t-taħdita sħiħa hawn 👇 https://www.facebook.com/watch/live/?ref=watch_permalink&v=1270696323831915
Fuq @103btw ta' din il-ġimgħa niddiskutu l-mod kif qed inħarsu lejn il-karrieri. Fost l-oħrajn niltaqgħu ma' wieħed mill-fundaturi ta' @mathematicsandbeyond u mal-kap tal-Istudent Advisory Services, @ummalta @103maltasheart @agenzija.zghazagh Segwi t-taħdita sħiħa hawn 👇 https://www.facebook.com/watch/live/?ref=watch_permalink&v=1270696323831915
1 month ago
View on Instagram |
9/9