It-10K huwa kors fuq l-10 Kmandamenti imma mhux ħa noqogħdu naħlulek il-ħin ngħidulek ma toqtolx, ma tisraqx u ma tidgħix.
Dawn huma l-10 Kmandamenti kif qatt ma smajthom qabel!
F’din il-mixja, l-10 kelmiet li Alla ta lill-poplu Lhudi jsiru s-sigriet biex il-bniedem modern jagħmel suċċess fil-ħajja u jkun ferħan.


Dal-kors inħoloq l-Italja u nfirex f’aktar minn 15-il pajjiż. Beda f’Għawdex fl-2019 u se jibda Malta minn dis-sena għaż-żgħażagħ bejn it-18 u l-35 sena.
Vera nsejħulu kors, imma m’hemmx ħlas, assignments jew eżamijiet. Sempliċiment tiġi u tisma’ t-taħdidiet. U jekk tixba’ tista’ ma tiġix aktar u ħadd ma jgħidlek xejn. Fil-fatt ħafna jiġu u jitilqu għax il-kors ma jgħoddx għal kulħadd. Oħrajn imissilhom qalbhom, jifqagħlhom moħħhom u jbiddlilhom ħajjithom.


Jekk trid tibdieh u tara kif tmur, kemm timla d-dettalji t’hawn minħabba loġistika.
U bilħaq, parking mhux problema.