Eżerċizzji tar-Randan – Kurja 2021

Nilqgħukom għal Eżerċizzji tar-Randan 2021.
L-eżerċizzji jieħdu madwar 15-il minuta ghall-kull riflessjoni. 

L-Ewwel Riflessjoni: ‘Ġesù Jwaqqaf l-Ewkaristija’

Fr Bernard jitkellem dwar l-importanza tal-mejda fil-missjoni ta’ Ġesù u fil-ħajja Nisranija.

Wara li tara dawn il-videos, nissuġġerixxu li ssib ħin matul il-ġurnata tiegħek biex tirrifletti ftit dwar dak li smajt – tħallix din l-opportunità taħrablek.

Mistoqsijiet għar-riflessjoni:

  • Kif nista’ jien insir ħobż għall-oħrajn?
  • Is-servizz li nagħti jien, qiegħed/qiegħda nagħtih b’imħabba?

It-Tieni Riflessjoni: Kristu Jaħsel Saqajn l-Appostli

Fr Bernard jaqsam magħna riflessjoni dwar il-ħasil tas-saqajn: Ġesù li rrepeta ġest li sar fuqu stess.

Wara li tara dawn il-videos, nissuġġerixxu li ssib ħin matul il-ġurnata tiegħek biex tirrifletti ftit dwar dak li smajt – tħallix din l-opportunità taħrablek.

Mistoqsijiet għar-riflessjoni:

  • Liema saqajn imsejjaħ naħsel f’dan iż-żmien?
  • Liema saqajn jixtieq li jaħsel Ġesù permezz tiegħi?

It-Tielet Riflessjoni: Kristu Jiġi Meħud

Fr Bernard jistedinna nirriflettu fuq il-ħbiberija ta’ Ġuda u Ġesù – il-ħbiberija li waslet għall-mewt ta’ Ġesù.

Wara li tara dawn il-videos, nissuġġerixxu li ssib ħin matul il-ġurnata tiegħek biex tirrifletti ftit dwar dak li smajt – tħallix din l-opportunità taħrablek. 

Mistoqsijiet għar-riflessjoni:

  • Jien ninnegozja bl-imħabba bħal Ġuda?
  • Hemm nies f’ħajti li bħalissa qed jesperjenzaw dan it-tradiment? Kif nista’ niftakar fihom?

Xi informazzjoni dwar il-pitturi ta’ Francesco Zahra
Dawn il-pitturi jagħmlu parti minn sett ta’ 14-il pittura ta’ Francesco Zahra li jitrattaw il-Passjoni ta’ Ġesù Kristu. Il-maġġoranza ta’ dan is-sett jinsab fil-Kurja tal-Arċisqof. Probabbilment dal-pitturi saru madwar is-sena 1750, l-istess żmien li kienet qed tinbena Casa della Madonna di Manresa, issa l-Kurja tal-Arċisqof. It-tlett pitturi msemmija waqt l-eżerċizzji ilhom fil-bini tal-Kurja minn dak iż-żmien.
Francesco Zahra kien pittur magħruf sew fi żmienu, speċjalment għall-arti reliġjuża. Peress li kien ġej minn familja artistika (missieru kien skultur tal-ġebel magħruf f’Malta) hu kien espost minn età żgħira għad-dinja tal-arti. Għalkemm ma hemmx bil-miktub taħt min tgħallem ipitter, l-istudjużi jsemmu l-influwenza ta’ Mattia Preti, Antoine Favray u Gio Nicola Buhagiar b’mod partikulari.