
Din l-arti tiġbor fiha ħsibijiet dwar il-misteru u n-natura kontemplattiva tal-mewt – biza’ istintiv li ħafna drabi jiġi injorat minħabba l-iskumdità assoċjata mat-telf u l-abbiss. Minflok ma tiffoka biss fuq dak li hemm lil hinn mill-velu tal-mortalità, tqanqalna biex nirriflettu dwar kif l-azzjonijiet tagħna fil-ħajja joħolqu mewġ ta’ azzjoni sinifikanti.
L-approċċ kwazi astratt f’din l-opra, assoċjat mad-difna ta’ Kristu, jistieden lil min jara din l-arti sabiex jaħseb u jiffoka fuq is-silenzju tal-limbu, u l-periferija tal-ezistenza, hekk kif Kristu ġie midfun f’qabar għal tlett ijiem. Dan ix-xogħol jagħti importanza lill-mumenti oskuri izda kontemplattivi li jsegwu l-mewt ta’ xi ħadd, kif ukoll lis-sinifikat tal-ħajja qabel il-mewt, u lill-misteru lil hinn minn dan kollu.



