Ankrati fit-Tama

Aħna u ngħixu din is-sena tal-ġublew tat-tama, bħala kummissjoni pastorali adolexxenti u żgħażagħ Mosta, ippreparajna dan il-ktejjeb sabiex jgżinkom fil-ħidma tagħkom fil-gruppi/movimenti differenti. L-iskop huwa li joffri riżorsa biex bħala adolexxenti u żgħażagħ ngħixu dan il-ġublew b’ħarsa mimlioja Tama fil-Mulej. F’dan il-ktejjeb ser issib pjan ta’ laqgħa li tista’ ssir fil-gruppi, biex nifhmu x’inhu ġublew, x’inhu pellegrinaġġ. Ukoll qed nipproponu pellegrinaġġ li jista jsir bħala gruppi mill-pjazza tal-Mosta sal-kappella tal-Madonna tal-Isperanza (issibu 2 rotot fl-appendiċi). Ukoll issibu riflessjonijiet marbuta mall-leġġenda tal-isperanza. Min jixtieq jagħmel dan il-pellegrinaġġ kemm ikellimna biex ngħaddulu r-riżorsi meħtieġa. F’dan il-ktejjeb ser issib ukoll adorazzjoni li tista’ ssir bħala grupp kif ukoll informazzjoni fuq l-ispazi ta’ talb. Nittamaw li dan il-ktieb ikun t’għajnuna għalikom f’din is-sena ta’ grazzja.