Dan huwa sett ta’ riżorsi riflettivi għaż-żgħażagħ tul iż-żmien tar-Randan maħduma mill-uffiċċju tal-Malta Catholic Youth Network, bil-kontribut ta’ Dr Joseph Ciappara, lettur tal-lingwi bibliċi u t-Testment l-Antik. B’kontinwazzjoni mar-riżorsi tas-sena preċedenti — ERBGĦIN — din is-sena se nkunu qed nirriflettu fuq is-sejħa t’Abraham, li skont filosfu Lhudi mis-seklu 12, kellu 40 sena meta wasal biex għaraf ’il-Ħallieq tiegħu.
Kif se tosservaw, dawn is-sessjonijiet huma msejsa f’format ta’ mistoqsija u tweġiba. Dalwaqt, se tkunu tistgħu tisimgħu t-taħditiet sħaħ ma’ Dr Ciappara fuq YouTube u Spotify. Ħossukom liberi li temendaw il-format skont l-esiġenzi tal-gruppi tagħkom.
Filwaqt li nawgurawlkom żminijiet qaddisa u nwegħdukom talbna, nitolbukom tħossukom liberi li tagħmlu kuntatt magħna fuq [email protected] jew fuq is-siti soċjali tagħna.