Link Youths

Ages: 14–25 
 
Meetings

Days: Friday

Frequency: Weekly

Schedule:

Time of Meeting on Friday
8:00pm

 

Contact Details

Name: Luke Abela

Email: [email protected]

Description

LINK huwa grupp ta’ żgħażagħ fi ħdan il-Parroċċa li jgħin lill-istess żgħażagħ biex ikabbru l-ħbiberija tagħhom m’Alla u mal-oħrajn u permezz tal-formazzjoni li jirċievu jissaħħu fil-valuri nsara biex ikomplu jiskopru l-identità tagħhom.” Il-grupp huwa miftuħ għal żgħażagħ minn 14 sa 25 sena u jiltaqa’ kull nhar ta’ ġimgħa fit-8pm fiċ-Ċentru Parrokjali, Triq Dun Marju, Ħal Qormi. Il-laqgħat ta’ LINK jinkludu laqgħat ta’ formazzjoni, edukattivi, ta’ diskussjoni, laqgħat spiritwali u attivitjiiet fejn insiru nafu aktar lil xulxin u nsaħħu l-ħbiberiji ta’ bejnietna. F’dawn il-laqgħat u l-attivitajiet ikollna ċ-ċans li nirrilassaw flimkien f’ambjent familjari waqt li nistrieħu mill-istress tax-xogħol, l-iskola u l-ħajja tad-dar. It-tim u l-membri ta’ LINK dejjem jaħdmu u jistinkaw biex il-grupp jibqa’ jikber u fih jilqa’ membri ġodda. Bħala grupp inħossu li hemm ħafna żgħażagħ li jfittxu li jagħmlu ħbieb ġodda u post fejn jistaw jagħtu minn dak li għandhom u li jipparteċipaw b’mod aktar attiv fis-soċjetà. LINK huwa wkoll post fejn ż-żgħażagħ jistgħu jiltaqgħu u jaqsmu l-ħiliet tagħhom flimkien filwaqt li jiżviluppaw oħrajn ġodda. Jekk tixtieq iżżomm ruħek informat b’dak li qed jiġri f’LINK tista’ ssegwina fuq Facebook u Instagram, jew tista’ tikkuntattjana fuq [email protected].