Luqa Youth Center

Ages: 13+ 
 
Meetings

Days: Friday

Frequency: Weekly

Schedule:

Friday at 8:15pm - 10:30pm

 

Contact Details

Name: Nicolette Aquilina

Email: [email protected]

Phone: 99140428

Description

Il-Luqa Youth Centre (LYC) norganizzaw laqgħat ta’ infomazzjoni ġenerali kif ukoll formazzjoni spiritwali kull nhar ta’ Ġimgħa flagħxija. Ukoll, noffru post għall-logħob wara l-laqgħa, hekk kif hemm bejt kbir li nużaw għall-futbol, prisoners, u kull xorta ta’ logħob attiv ieħor, kif ukoll television, Wii, air hockey, table tennis, u kull xorta ta’ logħob ieħor.

Norganizzaw ukoll attivitajiet bħal BBQs, night hikes, laser tag u kull xorta ta’ ħruġ ieħor. Fis-sajf, nibdew niftħu tliet darbiet fil-ġimgħa biex ntellgħu l-Lejla Sajfija, xow fejn jattendu 300 ruħ li joffri opportunità biex nuru t-talenti tagħna taż-żfin, drama, kant, u minn kollox.

Dan ix-xow huwa l-ikbar sors ta’ flus għaċ-ċentru tagħna, u għalhekk għandna affarijiet bħal airconditioning, WiFi, big screen li anka naraw il-Eurovision jew logħob tal-futbol fuqu, ports biex niċċarġjaw l-mowbajls u bluetooth speaker bis-surround.

Kull min għamel il-griżma, minn ebda raħal, jista’ jattendi ċ-ċentru kull nhar ta’ Ġimgħa, fit-8.15pm. Il-laqgħa tispiċċa fl-10.15pm, iżda l-bibien jgħalqu fil-11pm biex ikollna ċans nilgħabu. Narawkom!