Pastoral Liturgical Youth Group (PLYG). Din hija għaqda mmexxija minn Fr Luke Cutajar kif ukoll Rodianne Gatt u xi ġenituri li joffru l-għajnuna tagħhom. Aħna niltaqgħu kull nhar ta’ Ġimgħa, il-laqgħat tagħna huma varjati, nitrattaw suġġetti diversi ta’ interess għalina iż-żgħażagħ. Xi ħaġa li tolqotni f’dan il-grupp huwa li apparti li nisimgħu, jagħtuna ukoll l-opportunità li nesprimu l-opinjoni tagħna. Xogħol ieħor li jagħmel dan il-grupp huwa li jgħin waqt l-attivitajiet tal-festa. Attivitajiet oħra li jorganizza dan il-grupp huma xi mawra għal Għawdex, inżuru lit-tfal orfni u lill-anzjani kif ukoll xi BBQ fl-iljieli tas-sajf. Jiena nemmen li dan il-grupp tal-PLYG qed jagħmel ġid fostna iż-żgħażagħ għax itina opportunità biex isaħħilna l-valuri.
Archives
Oratorju Marija Immakulata, Mosta
19/06/2017Dan hu ta’ 45 tfajla li jattendu regolarjament matul is-sena kollha. Attivitajiet Regolari ghhaz-zghazagh tfajliet fl-Oratorju Marija Immakulata huma:
• Laqgha ta’ Formazzjoni kull nhar ta’ Gimgha fis-6:30pm
• Kor Shalom
• Taghlim u daqq tal-Kitarri
• Partecipazzjoni f’Bazaar u Fiera fl-Oratorju bhala “fund raising, darbtejnf’sena
• Weekend Retrea
t• Live-in f’Ghawdex fis-sajf
• Attivitajiet sportivi
• Hargiet sportivi
• Hargiet
• Treasure Hunt
• Talent Show
Luqa Youth Center
19/06/2017Il-Luqa Youth Centre (LYC) norganizzaw laqgħat ta’ infomazzjoni ġenerali kif ukoll formazzjoni spiritwali kull nhar ta’ Ġimgħa flagħxija. Ukoll, noffru post għall-logħob wara l-laqgħa, hekk kif hemm bejt kbir li nużaw għall-futbol, prisoners, u kull xorta ta’ logħob attiv ieħor, kif ukoll television, Wii, air hockey, table tennis, u kull xorta ta’ logħob ieħor.
Norganizzaw ukoll attivitajiet bħal BBQs, night hikes, laser tag u kull xorta ta’ ħruġ ieħor. Fis-sajf, nibdew niftħu tliet darbiet fil-ġimgħa biex ntellgħu l-Lejla Sajfija, xow fejn jattendu 300 ruħ li joffri opportunità biex nuru t-talenti tagħna taż-żfin, drama, kant, u minn kollox.
Dan ix-xow huwa l-ikbar sors ta’ flus għaċ-ċentru tagħna, u għalhekk għandna affarijiet bħal airconditioning, WiFi, big screen li anka naraw il-Eurovision jew logħob tal-futbol fuqu, ports biex niċċarġjaw l-mowbajls u bluetooth speaker bis-surround.
Kull min għamel il-griżma, minn ebda raħal, jista’ jattendi ċ-ċentru kull nhar ta’ Ġimgħa, fit-8.15pm. Il-laqgħa tispiċċa fl-10.15pm, iżda l-bibien jgħalqu fil-11pm biex ikollna ċans nilgħabu. Narawkom!
Legion Of Mary – LOM
16/06/2017Fgura Youth Center
16/06/2017L-għan tal-Fgura Youth Centre huwa:
• li joħloq ambjent xieraq u san fejn jistgħu jiltaqgħu żgħażagħ bejn tnax u tmintax-il sena• joffri formazzjoni personali, soċjali u spiritwaliX’isir fil-laqgħat:
• l-ewwel siegħa (mis-6pm sas-7pm) tkun ddedikata għal-logħob u socializing, u mis-7pm sat-8pm ikollna l-laqgħa.(l-istess isir fil-każ tal-kbar imma bejn it-8pm u l-10pm)
• il-laqgħat jikkonsistu f’taħdidiet, team-building activities, prayer meetings, diskussjonijiet u film forums
• f’xi okkażjonijiet ikollna ħruġ, quddies u parties
• darba fis-sena iż-żewġ gruppi ikollhom live-in kull wieħed
• fis-sajf isir sleepover
Faith Living Youth – FLY
16/06/2017A group of adolescents who meet every Friday evening to participate in various religious and social meetings and activities.
Connections
16/06/2017A group of young people where we can learn, share experiences and grow spiritually through discussions, games and prayer.
Chaplaincy University
16/06/2017“Hi everyone, Welcome to the Chaplaincy at the University of Malta! The Chaplaincy is here to support you during your time at University. We provide spiritual support and pastoral care for staff and students of all faiths and none. Drop in to the Chaplaincy for a tea or coffee, or to heat up your lunch in our kitchen. You are also welcome to join us everyday for lunch at 13:00. Relax and unwind in our common rooms, talk to a chaplain or use our quiet contemplation space. You can also get involved in any events that the Chaplaincy runs: from voluntary work to activities to help the person grow on all levels. We offer spiritual activities which are meaningful and attractive to young people. The Chaplaincy is open every week day between 7:15 and 20:00. Mass is celebrated from Monday to Friday at 7.20am and 12.30am, and Saturday at 7.30pm. It is also possible to book the facilities for various activities, outside opening hours.”
Ċentru taż-Żgħażagħ ta’ Warda
15/06/2017L-iskop taċ-Ċentru hu li jagħti formazzjoni ħolistika kemm jista’ jkun liż-żgħażagħ li jattendu ċ-Ċentru, b’emfasi speċjali fuq l-ispiritwalita’ u r-reliġjon kattolika. Iċ-Ċentru jorganizza regolarment laqgħat u attivitajiet reliġjużi. Jorganizza wkoll attivitajiet kulturali, sportivi u soċjali minn żmien għal żmien.L-attendenza tiegħek fiċ-Ċentru tgħinek ukoll fil-mixja akkademika tiegħek. Iċ-Ċentru ta’ Warda jilqa’ ukoll studenti li jkunu qed isegwu il-kors ta’ studju taghhom fil-livell post sekondarju. Magħna huma jkollhom l-opportunita’ li jagħmlu il-proġett tas- systems of knowledge.F’dawn l-aħħar snin, li wieħed jattendi ċentru ta’ formazzjoni qed jitqies bħala għajnuna għall-persuna, anke biex ‘il quddiem tkompli tavvanza fl-studju tagħha u anke fil-karriera.Ħafna eks membri taċ-Ċentru jitolbuna ittra ta’ referenza meta japplikaw għal xi xogħol partikulari. Ittri ta’ referenza jsiru kemm-il darba. Pero’ dawk li nkun nafuhom sew għax ikunu attendew iċ-Ċentru, ikollhom ittra ta’ referenza speċjali.Dawk li jkunu għalqu 18-il sena, ikollhom opportunita’ li jagħmlu esperjenza ta’ volontarjat anke barra minn xtutna.