YM18+

Ages: 18–25 
 
Meetings

Days: Monday

Frequency: Monthly

Schedule:

8:00pm

 

Contact Details

Name: Fr Luke Cutajar

Email: [email protected]

Phone: 79454554

Description

“L-għan ewlieni ta’ dan il-grupp huwa li jipprovdi ambjent ideali fejn iż-żgħażagħ ikollhom l-opportunita’ li jiltaqgħu ma’ żgħażagħ oħra u bl-għajnuna tal-coordinators jitgħallmu ħiliet essenzjali fid-dinja moderna. Biex dan iseħħ jiġu ppreparati sessjonijiet fuq suġġetti varji bħall-faqar, ix-xogħol, l-iskola, l-isport fost affarijiet oħra li jolqtu l-aktar liż-żgħażagħ. Biex tinbena relazzjoni aħjar bejn iż-żgħażagħ jiġu organizzati wkoll attivitajiet ta’ team building li ż-żgħażagħ ikollhom l-opportunità li jaħdmu flimkien fuq biċċa xogħol li jkunu ingħataw.Għan ieħor importanti huwa li dan il-grupp jgħin liż-żgħażagħ isaħħu l-fidi tagħhom f’Ġesu’ Kristu u jibnu relazzjoni miegħU. Għalhekk kultant żmien, is-sessjoni ta’ meta jiltaqa’ l-grupp tkun ta’ riflessjoni bis-sehem tad-direttur spiritwali tal-grupp li normalment jaqra l-Kelma tal-Mulej u ż-żgħażagħ ikollhom ħin jirriflettu fuq dak li jkunu semgħu. Il-grupp bħalissa huwa kompost minn madwar 20 żagħżugħ u żagħżugħa u huwa dejjem miftuħ li jilqa’ membri ġodda biex flimkien inkomplu nikbru bejnietna fl-Imħabba ta’ Kristu.”